Fid-29 t’ottubru tal-1816, il-Gvernatur Sir Thomas Maitland kien qal li kien qed isir abbuż mill-privileġġ tas-Santwarju.
Taħt dan il-privileġġ, kriminal kien ikun protett jekk jidħol fi Knisja. Fi Proklama, Maitland qal li waqt li ma kellux ħsieb jindaħal fl-immunitajiet affettwati minn santwarji, però ma setax iħalli l-abbużi.
Għalhekk, il-proklama qalet li kien se jingħata ‘warrant’ ta’ arrest kontra kriminal li jkun daħal f’santwarju, monasteru u mbagħad ikun ħareġ. Dan ma kienx jgħodd nhar ta’ Ħadd u festi pubbliċi.