Illejla kienet inawgurata l-pittura tas-saqaf tal-Kor tal-Bażilika ta’ kristu Re f’Raħal Ġdid. Dan il-kapulavur sar mill-Artist ċelebri Għawdxi Manuel Farrugia.
Is-suġġett juri rappreżentazzjonijiet tal-parabboli tas-Saltna;
-il-parabbola tal-festa tat-tieġ,
-il-parabbola tax-Xibka
-erba’ profeti maġġuri.
Il-Bażilika ta’ Kristu Re qed issir magħrufa għall-ġmiel li qed tissebbaħ bih; biċċa arti wara l-oħra li qed tkompli tgħolli l-valur ta’ dan il-maqdes kbir.