Il-President Jisħaq Fuq Il-Ħtieġa Li Tissokta L-Ħidma Biex Nagħrfu Nużaw Tajjeb L-Ilsien Malti

Il-President ta’ Malta George Vella saħaq fuq il-ħtieġa li tissokta l-ħidma sabiex il-poplu Malti jagħraf juża l-ilsien nazzjonali tiegħu tajjeb. Huwa kien qed jitkellem waqt serata organizzata f’Jum l-Akkademja tal-Malti, li matulha ppreżenta l-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ 2021 lill-Prof. Manwel Mifsud. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-ilsien…