Araw Xi Ġmiel – Il-Birgu F’Presepju
“Il-Birgu presepju! Kemm hu sabiħ dan il-presepju, ix-xena tan-nattività fil-Birgu flimkien man-nies ta’ din il-belt.” Hekk kiteb l-Onorevoli Glenn Bedingfield fuq il-midja soċjali tiegħu fejn wera ritratt ta’ kif jidher dan il-presepju ġmiel tiegħu. Dan huwa xogħol ta’ Charles Callus li jinsab armat fil-kannierja tal-Knisja ta’ San Lawrenz. Huwa tassew oriġinali. Kemm nieħdu gost naraw…