“Il-Birgu presepju! Kemm hu sabiħ dan il-presepju, ix-xena tan-nattività fil-Birgu flimkien man-nies ta’ din il-belt.”
Hekk kiteb l-Onorevoli Glenn Bedingfield fuq il-midja soċjali tiegħu fejn wera ritratt ta’ kif jidher dan il-presepju ġmiel tiegħu.
Dan huwa xogħol ta’ Charles Callus li jinsab armat fil-kannierja tal-Knisja ta’ San Lawrenz.
Huwa tassew oriġinali. Kemm nieħdu gost naraw li qed isiru dawn il-biċċiet t’arti meraviljuża li turi dak li hu Malti. Prosit tassew lill-artist.