Illum 6 ta’ Jannar hija l-Epifanija tal-Mulej.
Il-kelma Epifanija ġejja mill-Grieg ‘epiphaneia’. Tfisser ‘apparenza’ jew ‘manifestazzjoni’ u tirreferi għall-manifestazzjoni ta’ Ġesù Kristu lid-dinja. Hija wkoll magħrufa bħala l-festa tat-Tliet Slaten Maġi meta żaru lil Ġesù Bambin.
Lura fis-snin 80, f’pajjiżna din tneħħiet minn festa pubblika bħalma hu l-Milied u l-Ewwel tas-sena u bdiet tkun iċċelebrata fl-ewwel ħadd ta’ wara l-1 tas-sena.
Hija ħasra li din il-festa ma ntuhiex importanza biżżejjed. Mhux biss hija festa Kattolika ta’ importanza imma wkoll ittemm iż-żmien tal-Milied.
Bosta huma l-pajjiżi li jiċċelebrawha bil-kbir, fosthom tefgħa ta’ ġebla l-bogħod; fl-Italja u Spanja. Jerġgħu jsiru l-ikliet bejn il-familji, il-quddies ikkonċelebrat bis-sħiħ u teżisti wkoll tradizzjoni tal-Befana; is-saħħara tal-fantażiji li ġġib faħma lit-tfal li forsi kienu xi ftit imqarbin jew il-ħelu lil dawk li obdew.
Biex ngħidu kollox, meta kien isir il-presepju ħaj f’Betlehem f’Għajnsielem, din it-tradizzjoni tal-wasla tal-Maġi reġgħet ingħata il-ħajja. Ovvjament minħabba l-pandemija, il-presepju ma sarx. Kienet issir festa wkoll fix-Xagħra Għawdex b’relazzjoni ma’ din il-festa.
Taqblu li din il-festa għandha tkun iċċelebrata kif suppost f’pajjiżna?
Ritratt: Gozo.news
Iva naqbel li għanda ssir ċelebrazzjoni sabieħa fl-Epifanija, kif kien isir dari. Din tneħħiet flimkien ma’ festi oħra, bħal Corpus Cristi u nhar Lapsi, it-tlugħ is-sema tal-Mulej, li t-tnejn kienu jiġu il-ħamis. Dawn ma tneħħewx mill-knisja imma mill-gvern ta’Mintoff.