Aħbar Tajba: Il-Kappella Tal-Lunzjata Fis-Salib Tal-Għolja Se Tiġi Rrestawrata

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech laqa’ b’sodisfazzjoni l-aħbar li l-Awtorità tal-ippjanar approvat il-permessi tax-xogħlijiet neċessarji sabiex jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tal-Lunzjata fis-Salib tal-Għolja. Din hija kappella ħelwa bi snin ta’ storja fuqha. “Nfakkar li x-xogħolijiet inizjali bdew lura f’April 2020 meta beda l-proċess ta’ testijiet li kienu rikjesti jsiru kif ukoll bdew jsiru t-toqob…