Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech laqa’ b’sodisfazzjoni l-aħbar li l-Awtorità tal-ippjanar approvat il-permessi tax-xogħlijiet neċessarji sabiex jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tal-Lunzjata fis-Salib tal-Għolja.
Din hija kappella ħelwa bi snin ta’ storja fuqha.
“Nfakkar li x-xogħolijiet inizjali bdew lura f’April 2020 meta beda l-proċess ta’ testijiet li kienu rikjesti jsiru kif ukoll bdew jsiru t-toqob fondi fil-blat biswit l-kapella, sabiex jittieħdu kampjuni mil-blat u t-tafal ta’ taħt din il-kapella”, kiteb is-Sindku tas-Siġġiewi.
Spjega wkoll kif se jkunu wkoll irrestawrati l-vari li jinsabu mat-telgħa li tagħti lejn din il-kappella.
Aħbar li aħna nieħdu gost nisimgħu.