Pete Buttigieg illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Għalaq 40 sena. Twieled fid-19 ta’ Jannar fl-1982.
Fuq il-midja soċjali tiegħu rringrazzja lil kulħadd tal-awguri u qal li jinsab ħerqan biex jara x’se joffrilu dan id-diċenju.
Wara t-tmiem tal-kampanja presidenzjali tiegħu, Buttigieg kien meqjus bħala persuna li possibbilment tkun maħtura fl-amministrazzjoni ta’ Joe Biden. Wara li Biden ġie ddikjarat rebbieħ tal-elezzjoni fis-7 ta’ Novembru 2020, Buttigieg reġa’ ssemma bħala persuna nominata possibbli għal Segretarju tal-Affarijiet tal-Veterani, Ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Uniti, Ambaxxatur għaċ-Ċina jew Segretarju tat-Trasport. Fil-15 ta’ Diċembru 2020, Biden ħabbar li kien se jinnomina lil Buttigieg bħala s-Segretarju tat-Trasport tiegħu. Il-Kumitat tal-Kummerċ tas-Senat avvanza n-nomina ta’ Buttigieg għas-Senat sħiħ b’vot ta’ 21–3. Buttigieg ġie kkonfermat fit-2 ta’ Frar, 2021, b’vot ta’ 86–13 u kien maħluf fil-pożizzjoni l-għada filgħodu.
Buttigieg kiseb fama internazzjonali għal mod kif jaġixxi politikament. Lokalment, bla dubju kien qam furrur ħelu minħabba li Pete għandu parentela Maltija mill-Ħamrun.