Dehra mhux daqshekk komuni fil-Greċja hekk kif il-front kiesaħ imlaqqam ‘Elpis’ (li bil-Grieg ifisser tama) laqat diversi nħawi fil-pajjiż.
L-Ambaxxata Maltija, b’palma tropikali quddiemha tidher bħal donnha kartolina hekk kif il-borra niżlet ġmielha. Bla dubju, il-bandiera Maltija u l-arma tar-Repubblika jinsabu hemm jesperjenzaw dan kollu.
L-Ambaxxatur Malti għall-Greċja f’Ateni huwa l-Eċċellenza Tiegħu Joseph Cuschieri.