Bħal-lum 25 ta’ Jannar tal-1998, partijiet minn Ħ’ Attard kienu nksew bis-silġ li mhux soltu jinżel fil-gżejjer Maltin.
Dan kien ġara fi sfond ta’ maltemp qawwi. Kien ikkawżat minn arja ta’ pressjoni baxxa fuq il-Libja u li wara għaddiet fuq Malta.
Mara li kienet f’Ħal Balzan, tkaxkret mal-ilmijiet u l-għada nstabet fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Ritratt: 89.7 Bay/2019 (intuża biex jispjega)