Għall-ewwel darba fl-istorja tal-industrija tal-films f’pajjiżna, Malta sabet ruħha fl-iskript ta’ blockbuster.
Ħabbar dan il-Kummissarju għall-Films Johann Grech fejn semma kif grazzi għal Colin trevorrow, fil-film Jurassic World Dominion, Malta ssir id-dar għad-dinosawri.
Dan huwa pass ferm importanti għall-industrija tal-films f’Malta li kapaċi jiġbed iżjed films kbar u produzzjonijiet lejn pajjiżna.
Dan il-film mistenni jkun l-aktar wieħed popolari fid-dinja għas-sena 2022.
Ritratt: 89.7 Bay