Il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u I-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta iħabbru li nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, ser issir attività bil-vara ta’ San Pawl, li tgħalaq il-Festa 2022.
L-attività li ser issir f’format seated, u li ser tkun organizzata skont il-protokolli kollha li jipproteġu s-saħħa pubblika, ser issir fi Triq San Pawl, u ser tibda fis-7:00 ta’ filgħaxija.
Il-vara ta’ San Pawl ser tinġarr ghall-wita fit-triq tal-knisja, milquha mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette, li ser tagħti kunċert ta’ innijiet u marċi Pawlini tal-okkażżjoni.
Il-pubbliku li ser jattendi, ser ikun maqsum f’żewġ bubbles distinti, u huwa mitlub li jirrispetta n-normi kollha tal-protezzjoni tas-saħħa, inkluż iċ-ċertifikati tal- vaċċinazzjoni, u l-ilbies tal-maskra. Il-postijiet ser ikunu fu bażi first come first served, u dħul ikun min-naħa ta’ Triq San Ġwann.
Il-Kapitlu tal-Kolleġġkata ta’ San Pawl Nawfragu u I-Għaqda tal-Pawlini jirringrazzjaw lill-Arċisqof ta’ Malta u l-awtoritajiet li intlaħaq ftehim, filwaqt li jawguraw il-festa t-tajba lill-Maltin u I-Għawdxin kollha.
Viva San Pawl. Il-festa t-tajba lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.