L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, li tmur lura għall-bidu tas-seklu 18, ġiet inawgurata mill-ġdid nhar il-Ħadd 13 ta’ Frar 2022.
Dan sar waqt il-ftuħ tal-festi tal-400 sena mit-twaqqif tal-Fratellanza Madonna tal-Karmnu, Valletta. Ix-xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa tal-injam sar minn Atelier del Restauro Ltd.
L-istatwa ġiet inawgurata mill-Arċisqof Charles Scicluna flimkien mal-provinċjal Patri Joe Saliba fis-Santwarju Bażilka tal-Madonna tal-Karmnu taħt il-patroċinju tal-President ta’ George Vella.