Il-Prinċipessa Louise; Dukessa ta’ Argyll kienet tinsab Malta meta fit-8 ta’ Marzu tal-1888, waqgħet minn fuq iż-żiemel tagħha waqt li kienet qed iddur mal-korsa tal-Marsa.
Il-ġurnali li kienu joħorġu bl-Ingliż f’pajjiżna stess, kienu rrimarkaw li kienet iffortunata l-Prinċipessa li ma ġralha xejn.
Din il-prinċipessa kienet is-sitt wild; ir-raba tifla tar-Reġina Vittorja u l-Prinċep Albert. Twieldet fit-18 ta’ Marzu tal-1848.
Hemm ħafna għajdut dwarha li kienet ribelluża u tgħix ħajja skandaluża.