Fl-10 ta’ Marzu tal-1879, fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Gvern, il-Gvern ressaq riżoluzzjoni biex jikseb il-flus meħtieġa biex jieħdu d-drenaġġ sal-Belt Valletta.
Iżda, il-Membri Eletti kienu vvutaw kontra.
L-Ordinanza dwar l-estensjoni tad-drenaġġ reġgħet kienet ippreżentata f’Ġunju permezz ta’ mozzjoni ta’ urġenza. Il-Membri Eletti ppreżentaw mozzjoni lill-President tal-Kunsill fejn għarrfuh li la darba l-iskema tad-drenaġġ kienet mgħoddija kontra l-opinjoni tagħhom, huma rrifjutaw li jiddiskutu kull ħaġa li kellha x’taqsam dwar il-pjan tal-Gvern dwar id-drenaġġ.
Ritratt: Oh my Malta