Ilbieraħ, 9 ta’ Marzu 2022 kien l-aktar jum kiesaħ għal Marzu tas-Sena 2022 meta l-massima laħqet biss it-12°C għall-ħabta tas-1.20p.m.
Dan ifisser li t-temperatura massima tal-bieraħ kienet madwar 5°C anqas mill-medja għal dan iż-żmien tas-sena, grazzi għall-kurrenti kesħin li ġejjin minn fuq ir-Russja.
L-aktar jum kiesaħ li qatt tkejjel f’Marzu kien fis-16 ta’ Marzu 2003, meta dakinhar il-massima kienet laħqet biss id-9°C, filwaqt li l-aktar minima baxxa mkejla f’Marzu kienet 2.2°C fis-sena 1949.
L-ogħla temperatura ta’ kull żmien imkejla f’Marzu kienet laħqet l-34°C fis-sena 2001.
Id-data li tidher hawn hi pprovduta mill-istazzjon tat-temp li jinsab f’Ħal Lija
Sors: It-Temp Madwarna/ FB







