Bħal-Lum Twieldet Agatha Barbara

Fil-11 ta’ Marzu tal-1923, f’Ħaż-Żabbar twieldet Agatha Barbara li ħadmet mal-Air Precautions fit-Tieni Gwerra Dinjija u mbagħad bħala għalliema. Fl-1946 daħlet attivament fil-politika u fl-elezzjoni tal-1947 saret l-ewwel mara eletta fil-Parlament Malti f’isem il-Malta Labour Party. Hija baqgħet tkun eletta sas-16 ta’ Frar 1982 meta kienet eletta bħala President ta’ Malta. Fl-1955 ngħatat għall-ewwel darba…