Fil-11 ta’ Marzu tal-1923, f’Ħaż-Żabbar twieldet Agatha Barbara li ħadmet mal-Air Precautions fit-Tieni Gwerra Dinjija u mbagħad bħala għalliema.
Fl-1946 daħlet attivament fil-politika u fl-elezzjoni tal-1947 saret l-ewwel mara eletta fil-Parlament Malti f’isem il-Malta Labour Party. Hija baqgħet tkun eletta sas-16 ta’ Frar 1982 meta kienet eletta bħala President ta’ Malta.
Fl-1955 ngħatat għall-ewwel darba ministeru. Hija baqgħet tingħata ministeru f’kull Gvern Laburista ta’ wara.
Wara l-istrajk nazzjonali tal-1958 hija ntbagħtet 42 jum ħabs, Kienet hi wkoll li waqqfet il-Moviment Nisa Laburisti.