Imħabbra D-Dati L-Ġodda Ta’ Mużika Mużika 2022
Is-sena li għaddiet Mużika Mużika rritorna wara bosta snin ta’ nuqqas fix-xena mużikali lokali, fejn ħalla l-marka tiegħu fil-kalendarju tat-telespettaturi u l-artisti li għandhom għal qalbhom il-mużika Maltija. Bħalissa l-preparamenti loġistiċi għaddejjin ġmielhom, b’xogħol kontinwu mit-tekniċi biex jinbena l-palk il-ġdid ta’ din is-sena, jiġu koordinati l-provi tal-artisti, kif ukoll diversi preparamenti oħrajn. Festivals Malta ħabbar…