Kien bħal-lum id-29 ta’ Marzu tal-1999, meta l-Kamra tad-Deputati eleġġiet lill-Professur Guido de marco bħala President ta’ Malta bi 33 vot favur u 29 vot kontra.
L-Opożizzjoni fl-istess seduta kienet innominat lill-Professur Edwin Grech iżda l-mozzjoni m’għaddietx bi 28 vot favur u 32 vot kontra.
Fil-bidu tas-seduta, il-Kamra b’vot unanimu approvat mozzjoni imressqa mill-Gvern u sekondatat mill-Opożizzjoni li fiha rringrazzjat lill-President Dr. Ugo Mifsud Bonnici għax-xogħol li għamel tul il-Presidenza tiegħu.