Illum Patri Dijonisju Mintoff qed jiċċelebra għeluq il-91 sena tiegħu. Mintoff jibqa’ magħruf għall-altruwiżmu tiegħu fost il-poplu speċjalment mal-batut u l-imigranti.
Ħabrek kemm felaħ biex jiftaħ il-Laboratorju tal-Paċi fl-1971. Dan il-post għadu attiv ferm sal-lum, anke meta kellu l-mewġ kontrieh, minn kollegi stess.
Huwa Patri Franġiskan u jgħix kemm fil-Laboratorju nnifsu u anke fiż-Żurrieq. Din is-sena, Patri Dijonisju ser ikollu l-barka li fiż-żjara ta’ Papa Franġisku, l-aħħar waqfa tal-Qdusija Tiegħu qabel jitlaq minn pajjiżna, ser tkun fil-Laboratorju tal-Paċi.
Insellmu lill-Patri Dijonisju u nawgurawla aktar saħħa.