Kristu quddiem is-sinedriju hija vara ġdida li l-Knisja Kolleġġjata Arċimatriċi u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri għadhom kif żanżnu.
F’Ħamis ix-Xirka tas-sena 2019, tħabbar li ser tiżdied vara oħra mas-sett li għandhom il-Qriema u hekk ser ikollhom it-tlettax-il vara.
Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 din il-vara xogħol ta’ Aaron Camilleri Cauchi u Missieru Alfred ilha sentejn sabiex tiżanżan.
Illum fil-Knisja ippakjata bin-nies b’sett mill-isbaħ ta’ vari tal-Ġimgħa l-Kbira, żdiedet oħra biex issa l-Qriema jgħoddu l-ikbar sett ta’ Vari.
Din il-Vara ser tkun qed takkumpanja l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira nhar il-15 t’April.
Benefatturi tal-Vara: Familja Grima
Bankun: George u ibnu Silvio Debono
Lostru: Guzi Xuereb
Disinn tal-Iskultura: Silvio Pace