“Mill-ġdid bħala Kunsill Lokali qedgħin intellgħu – Via Sagra In Lumine. Inizjattiva li issa saret sinonima mal-loka tagħna.” Hekk kiteb is-Sindku ta’ San Ġwann Trevor Fenech fuq il-midja soċjali tiegħu fejn ħabbar kif mil-lejla, il-pubbliku jista’ jżur Via Sagra differenti li se ddawwal il-pjazza tal-lokal.
Din l-inizjattiva qed issir għal sena oħra mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann, bl-għajnuna tal-Parroċċa u l-għaqdiet volontarji ta’ San Ġwann, u ntqal li għandha sservi biex jinżamm ħaj l-Ispirtu tal-Ġimgħa Imqaddsa.
Via Sagra In Lumine – ser tkun miftuħa kuljum sal-Ġimgħa l-Kbira mis-6.30pm sal-11pm. Id-dħul ser ikun b’xejn.
L-aċċess għal din il-Via Sagra jista’ jsir biss bil-pass.
San Ġwann jifforma parti mir-Reġjun Tramuntana.