Kien bħal-lum 6 t’April tal-1818, meta Papa Piju VII ħatar lil Fabrizio Sceberras Testaferrata bħala Kardinal. Huwa kien diġa’ serva fis-Santa Sede u fis-servizz diplomatiku tal-Vatikan.
Kien anke ilu nnominat segretament ‘in pectore’, mit-8 ta’ Marzu tal-1816. L-investitura tal-Kardinal Sceberras saret fid-9 t’April 1818.
Fost dawk li attendew għaċ-ċerimonja kien hemm ħu l-Kardinal, Michele, il-Prinċep Ereditarju tal-Bavarja u dinjitarji oħra.
Barra l-ħatra ta’ Kardinal, Fabrizio kien nominat ukoll Isqof ta’ Senigallia.