X’Kien Ħabbar Bħal-Lum Il-Prim Ministru Dott. Giorgio Borg Olivier
Fis-7 t’April tal-1965, il-Prim Ministru Malti Dott. Giorgio Borg Olivier kien ħabbar fil-Parlament ta’ Malta li pajjiżna kien sar it-18-il membru tal-Kunsill tal-Ewropa. It-talba Maltija kienet appoġġjata mill-Italja u r-Renju Unit. Biex l-istorja qatt ma tintesa…