“10 t’April; ġurnata sewda għal raħalna. Bħal-lum 80 sena (fl-1942) iġġarfet kompletament l-ewwel Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp tal-Kalkara matul it-Tieni Gwerra Dinjija.” Hekk kiteb is-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina fuq il-midja soċjali tiegħu fejn fakkar dan l-avveniment mill-istorja.
Spjega kif illum, meta jħares lejn il-Knisja maestuża tal-Kalkara, jammirra l-impenn u l-qalb Kalkariża biex minn dan it-traġedja, missirijietna bnew tempju ieħor Ġużeppin li ta identita’ ġdida lill-Kalkara.
Ritratt: Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara