Bħal-lum 21 t’April tal-1909, ir-Re Dwardu VII tal-Ingilterra kien beda s-sitt żjara tiegħu f’Malta. Din kienet it-tielet żjara bħala Re.
Ir-Re kien akkumpanjat mir-Reġina Alexandra, binthom il-Prinċipessa Victoria u oħt ir-Reġina, l-Imperatriċi Marie Feodorovona tar-Russja.
Matul iż-żjara tiegħu, ir-Re Dwardu ħa pass mhux tas-soltu meta investa bħala Kavallier tar-Royal Victorian Order lill-Isqof Pietro Pace.
Il-koppja Rjali u dawk li kienu magħhom telqu lura minn Malta fil-25 t’April.