Illum Il-Festa Ta’ San Ġorġ Preca

Dun Ġorġ Preca (1880-1962), jew San Ġorġ Preca, kien saċerdot Kattoliku Malti u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-MUSEUM jew Mużew. Magħruf fost il-Maltin sempliċiment bħala “Dun Ġorġ”. Kien pijunier tal-appostolat tal-lajċi fil-Knisja Kattolika, ħamsin sena qabel il-Konċilju Vatikan II, u fost l-ewwel li ta l-Bibbja f’idejn il-lajċi u ġie kanonizzat mill-Papa Benedittu XVI…

Illum Jum L-Ewropa

Illum huwa 𝕁𝕦𝕞 𝕝-𝔼𝕨𝕣𝕠𝕡𝕒. Jum li jgħaqqad lill-Ewropa kollha u li fih niċċelebraw il-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Hija data importanti gaħliex timmarka l-anniversarju tad-dikjarazzjoni storika Schuman, li hija meqjusa bħala l-punt tat-tluq ta’ dik li llum hija l-Unjoni Ewropea. Din is-sena, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tagħmilha aktar importanti minn qatt qabel li niftakru…