Dun Ġorġ Preca (1880-1962), jew San Ġorġ Preca, kien saċerdot Kattoliku Malti u Fundatur tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, magħrufa bħala l-MUSEUM jew Mużew.
Magħruf fost il-Maltin sempliċiment bħala “Dun Ġorġ”. Kien pijunier tal-appostolat tal-lajċi fil-Knisja Kattolika, ħamsin sena qabel il-Konċilju Vatikan II, u fost l-ewwel li ta l-Bibbja f’idejn il-lajċi u ġie kanonizzat mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007.
Ritratt: Figurin tat-tafal maħdum minn Pawlu Muscat