Illum huwa 𝕁𝕦𝕞 𝕝-𝔼𝕨𝕣𝕠𝕡𝕒. Jum li jgħaqqad lill-Ewropa kollha u li fih niċċelebraw il-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Hija data importanti gaħliex timmarka l-anniversarju tad-dikjarazzjoni storika Schuman, li hija meqjusa bħala l-punt tat-tluq ta’ dik li llum hija l-Unjoni Ewropea.
Din is-sena, il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tagħmilha aktar importanti minn qatt qabel li niftakru l-valuri li lkoll għandna għal qalbna.
Bosta politiċi Maltin tellgħu ħsieb dwar dan il-jum fuq il-midja soċjali tagħhom. Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropa fl-1 ta’ Mejju tal-2004.