Imnedija Strateġija Nazzjonali Għall-Għadis

F’konformità mal-Istrateġija Nazzjonali għat-Turiżmu, tnediet strateġija għall-għadis, bl-għan li jiġu mfassla numru ta’ azzjonijiet li jwasslu biex l-industrija msemmija tkun waħda li tippremja l-kwalità u sostenibbiltà. L-istrateġija tindirizza l-isfidi tal-ġurnata kkawżati mill-pandemija, it-tisħiħ tal-prodott Malti, u l-isfruttar tal-vantaġġ kompetittiv li għandhom il-gżejjer Maltin f’din in-niċċa turistika. Dan il-pjan ta’ azzjoni jiffoka wkoll fuq l-għadis rikreattiv,…

Bżonn ta’ restawr fil-kappella ta’ Santa Katerina l-Antika (magħrufa bħala ta’ San Girgor) fiż-Żejtun

Kappella b’oriġini antiki ħafna hi bla dubju l-parroċċa l-antika ddedikata lil Santa Katerina fiż-Żejtun. Din il-knisja hija magħrufa ukoll bħala ta’ San Girgor minħabba l-purċissjoni b’origini antika li għadha ssir sal-lum, fl-ewwel Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir. Illum il-ġurnata din il-kappella għandha bżonn ta’ restawr, sabiex dak li hemm jiġi ppreservat, jerġa’ jieħu l-ħajja u…