Erba’ Galeri Musulmani Kienu Attakaw Lil Għawdex Bħal-Lum

Bħal-lum 18 ta’ Ottubru tal-1583, erba’ galeri Musulmani minn Biżerta fl-Afrika ta’ Fuq kienu waslu għall-għarrieda f’Għawdex u mingħajr ebda oppożizzjoni daħlu fil-gżira u ħadu magħhom għadd ta’ persuni, flus u dokumenti. Huma kienu serqu wkoll il-Kunvent ta’ Santu Wistin fir-Rabat kif ukoll madwar 70 persuna oħra mill-irħula tal-madwar. Il-Gvernatur t’Għawdex; il-Kavallier Giorgio Fortunato kien…