Bħal-lum 25 t’Ottubru tal-1979, Malta intlaqtet minn waħda mill-agħar maltempati fl-istorja.
Bejn it-3pm u s-7pm, l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Ħal Luqa kejjel 68.2 mm ta’ xita.
Din il-maltempata kienet il-kawża ta’ mewt ta’ erba’ persuni. F’Misraħ Kola, Ħ’ Attard, mara mietet fil-kantina tagħha meta din imtliet bl-ilma; raġel inġarr mal-ilma f’Ħal Qormi wara li abbanduna l-karozza tiegħu; waqt li żewġ turisti Ingliżi għerqu meta l-karozzi tagħhom imtlew bl-ilma.
Fil-Marsa Sports Club inqabdu mat-30 persuna li kienu salvati minn helicopters tal-Forzi Armati ta’ Malta. Minħabba l-viżibilità ħażina, l-ajruport ingħalaq għal siegħa u nofs.