Bejn l-aħħar snin tal-1920s u l-bidu tal-1930s, il-knisja u l-Partit Kostituzzjonali għaddew minn ġlieda politico-reliġjuża. Is-sitwazzjoni ma kienetx waħda faċli, tant li wara bosta battibekki, l-isqof Gonzi u l-Arċisqof Caruana ħargu ittra pastorali li kienet tgħid li kull min b’xi mod jiffavorixxi jew jagħti l-fiduċja tiegħu lill-partit kostituzzjonali fl-elezzjoni li jmiss ikun qiegħed jikkommetti dnub mejjet.[1] Dak Iż-żmien, il- Partit Kostituzzjonali u l-Partit tal-Ħaddiema (issa l–Partit Laburista) kienu jiffurmaw koalizzjoni bejniethom mgħaruf bħala l-Compact, u b’hekk, awtomatikament, il-Partit Laburista ġie affetwat wkoll.
Imma il-Partit Ħaddiema Indipendenti fejn jidħol?
Fi ħdan l-Partit Laburista ifforma grupp żghir li kien jiffavorixxi ma’ dak li kienet qiegħdha titlob il-knisja.[2] B’hekk mall-problemi esterni li kien qieghed jaffaċja, il-Partit Laburista sab ma’ wiċċu problemi interni wkoll. Eventwalment xi wħud minn dan il grupp spiċċaw imkeċċiha mil-Partit laburista, akkużati li kienu qed jaħdmu kontra sħabhom stess. Dan irriżulta biex Mikiel Caruana, ex-membru u segretarju tal-partit Laburista, ħoloq partit ġdid bl-isem Partit Ħaddiema Indipendenti (Independent Labour Party).[3]
Il-PĦI ma kellux ħajja twila u kkontesta biss fl-elezzjoni tal-1932, fejn ġabar biss 238 vott (0.49% tal-voti validi). Riżultat li mad-daqqa t’għajn ma jidhirx li kien il-kawża tar-riżultat ħażin li kien ġarrab il-Partit Laburista (8.74%).[4]
F’din l-elezzjoni, il-Partit Kostituzzjonali ġabar madwar 30% tal-voti validi u l-Partit Nazzjonalista rebaħ b’maġġoranza ta’ ftit inqas minn 60%.
Riżultat tal-membri fl-Assemblea u fis- Senat:[5]
Assemblea | Senat | |
Partit Nazzjonalista | 21 | 5 |
Partit Kostituzzjonali | 10 | 2 |
Partit Laburista | 1 | 0 |
[1] Fenech, D. (2005). Responsibility and Power In Inter-War Malta. Book One: Endemic Democracy (1919-1930). P.422.
[2] Galea, F. L-istorja tal-Partit Laburista (1920-1940): Minn qabel it-twelid sal-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija (Francis Galea). P.343
[3] Ibid. P.366
[4] Schiavone, J. M. (1992). L-elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja Fatti u Cifri. p.137
[5] Ibid.
Artiklu ta’ Mike Mifsud