Lura fil-25 ta’ Novembru 2023, l-Għaqda tal-Pawlini flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta, ħabbru li fis-sena 2024, il-festa ddedikata lin-Nawfraġju ta’ San Pawl, ser tkun iċċelebrata nhar is-Sibt 24 ta’ Frar.
Dan ħabba ċaqlieq li jseħħ minn żmien għal żmien fil-kalendarju tal-Knisja.
Fi kliem ieħor, dan minħabba li r-Randan ser jibda fl-14 ta’ Frar u għalhekk, ifisser li l-ħames t’ijiem kollha ta’ qabel, inkunu qed niċċelebraw il-Karnival.
Bla dubju ma jkunx xieraq li ħaġa ttellef lill-oħra u l-festa ta’ San Pawl li huwa l-Padrun tal-gżejjer tagħna u missier Malta fil-fidi, jistħoqqlu li jkun iċċelebrat kif xieraq.
Festa kbira li ħafna jistennew. Hija l-festa tat-twelid tal-fidi Kattolika f’Malta.
Madanakollu, fl-10 ta’ Frar xorta waħda jinqara l-Att 28 fejn jgħid li Malta laqgħet lil Pawlu fis-sena 60 AD.