Fuq il-paġna tal-midja soċjali tad-Direttorat tal-Kultura tħabbar li qed tinġabar informazzjoni dwar individwi, komunitajiet, soċjetajiet, u organizzazzjonijiet li qed jippjanaw li jospitaw wirjiet pubbliċi relatati mal-Ġimgħa l-Kbira 2025.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jipprovdi d-dettalji sa mhux aktar tard mill-24 ta’ Marzu 2025.
Tista’ ti𝗿𝗿𝗲𝗴̇𝗶𝘀𝘁𝗿𝗮 𝗵𝗮𝘄𝗻 : https://forms.gle/achtSddVQ1pmurqA6
Intqal li l-informazzjoni miġbura se tkun pubblikament fuq il-midja soċjali u pjattaformi oħra online, u b’hekk ikun aktar faċli għad-dilettanti u l-pubbliku biex jillokalizza dawn il-wirjiet matul dan il-perjodu.
Billi tissottometti d-dettalji mitluba, inti tagħti l-kunsens għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni pprovduta fuq pjattaformi elettroniċi u midja oħra.
Għar-referenza tiegħek, aħna mehmuż ir-Regolamenti u l-Proċeduri Amministrattivi dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali.
https://ichmalta.gov.mt/…/Culture-Data-Protection…
Ġest sabiħ li jgħin lill-pubbliku jippjana wkoll iż-żjajar tiegħu fiż-żmien sabiħ tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Ritratt: Facebook/ Culture Directorate, Malta