Ir-Reġjun Tramuntana qed jorganizza 𝗜𝗹 𝗚𝗿𝗮𝗻 𝗕𝗮𝗹𝗹𝗼 𝗱𝗲𝗹𝗹𝗮 𝗖𝗼𝗺𝗺𝗲𝗱𝗶𝗮 – 𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗼𝗳 𝗘𝗹𝗲𝗴𝗮𝗻𝗰𝗲 & 𝗘𝗻𝗰𝗵𝗮𝗻𝘁𝗺𝗲𝗻𝘁! Dan se jkun ballu b’differenza fejn wara ġimgħa ta’ workshops fuq il-Commedia dell’Arte mill-artist u gwida bravissimu Jeremy Grech, li bil-ħila tiegħu daħħal lill-parteċipant fl-ispirtu u ta sessjonijiet ferm interessanti f’dan il-qasam, se jkun ukoll qed janima dan illejl bi spettaklu teatrali mal-pubbliku preżenti. Miegħu se jkun hemm ukoll Sean li flimkien ma’ Jeremy se jkunu l-arlekkini.

Narcy Calamatta wkoll se janima s-serata bil-karattru magħruf tiegħu. Se jkun hemm ukoll Gwilym bil-maġija u fl-aħħarnett, jekk ikun ta’ pjaċir għall-pubbliku, se jkunu aċċettati donazzjoni b’riżq l-ALS Malta.

Mhux biss, fis-serata se jkun hemm ukoll mużika Barokka minn Quitnet (Apollo Ensemble) u anke fuq stil ieħor u l-ilbies mitlub huwa kostum Barokk jew inkella eleganti.
Data: 28 ta’ Frar 2025
Post: Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar
Ħin: 20:00 – 00:00
Ilbies: Black Tie jew Kostum Barokk
Dħul b’xejn imma b’reġistrazzjoni
Irreġistra hawn:
https://forms.office.com/e/M4WtpQjxks








