Kien Qaddis fostna – Tislima lill-Arċisqof Emeritu Monsinjur Pawl Cremona OP

Fuq fomm kulħadd bħalissa huwa l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona OP li ħalla din id-dinja propju fid-19 ta’ Marzu 2025 fl-età ta’ 79 sena. Kien maħbub minn kulħadd. Bata fis-skiet u ma pattiex lura iżda ħafer u tenna wkoll li mhu se jżomm f’qalbu għal ħadd. Illum beda l-korteo tiegħu lejn il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt…