Il-fenomenu li qed insemmu jista’ jissejjaħ b’termini differenti skont il-kuntest:
-
“Cultural cringe” – terminu li joriġina l-Awstralja u jirreferi għat-tendenza ta’ poplu jħoss li l-kultura jew it-tradizzjonijiet tiegħu huma inferjuri għal dawk ta’ pajjiżi oħra, minkejja li jkun kburi bil-pajjiż tiegħu.
-
Patrijottizmu kostruttiv – imħabba lejn pajjiżek iżda b’disponibbiltà li tikkritikah, billi temmen li billi tgħid x’hemm ħażin tkun qed tgħinu jtejjeb.
-
Ċiniżmu nazzjonali intern – meta poplu jidentifika u jħoss imħabba lejn pajjiżu iżda spiss jitkellem fuqu b’mod negattiv minħabba nuqqas ta’ fiduċja f’dak, f’dik jew fl-oħrajn jew inkella għax ma jiħux li jrid anke meta ma jkunx ħaqqu.
-
“Self-loathing nationalism” – terminu informali għal meta poplu jħoss ruħu parti minn pajjiżu iżda kontinwament iċanfaru jew jagħmel kummenti ħżiena dwaru.
F’ħafna kulturi, speċjalment fil-Mediterran, dan ikun bħal, ejja nsejħulu ‘passatemp nazzjonali’ – in-nies iħossu kburija bil-wirt u t-tradizzjonijiet tagħhom iżda fl-istess ħin iħossuhom frustrati b’sistemi, azzjonijiet jew mentalitajiet lokali, u għalhekk jikkritikawhom b’mod regolari. Is-sabiħa hi li jekk tgħidilhom hekk, speċjalment tkun barrani li tgħid hekk lil Malti, il-Malti jieħu għalih. Din hija xi ħaġa kulturali u wkoll magħġuna fil-karattru.
Ħażina? Tajba? Suġġett qawwi.
Biss, kummenti bħal ‘spiċċat Malta’ jew ‘Only in Malta’ rridu nidraw li ma tantx jagħmlulna ġid. Kemm hu aħjar li ngħidu kliem pożittiv li bħal f’kull kuntest, il-pożittiv joħloq mewġa aħjar ta’ titjib u, fil-każ ta’ Only in Malta, insemmuha meta nirreferu li iva, Only in Malta għandna din l-istorja kollha, dan il-wirt tant qawwi u kkonċentrat f’pajjiż żgħir, dan is-sabiħ li tista’ tgawdieh u ħafna eżempji oħra.
Viva Malta.








