Hekk kienu l-versi li kiteb ix-xandar John Bundy b’tislima b’dieqa lill-artist Charles Stroud. Stroud kien direttur li dderieġa bost produzzjonijiet fuq it-televiżjoni b’rabta speċjali ma’ żminijiet minn Malta ta’ dari.
F’Baħar Wieħed, Anġli, Pupi, Kristu Fl-Iżbarra, Prima Facie, Riħ Isfel, F’Salib it-Toroq, Kristu tal-Kerrejja, Tgħanniqa, Nostalġija u Ulied il-Lejl kif ukoll il-film Carmelo huma wħud minn dawk li dderieġa fost numru kbir ta’ xogħlijiet oħra.
Stroud ħalla din id-dinja fl-età ta’ 75 sena. Żgur li n-nuqqas artistiku tiegħu ser jinħass. Insellmu l-memorja tiegħu.
Ritratt: Facebook/ John Bundy








