Ritratt li jixhed l-imħabba profonda għall-festa Maltija u anke għall-padruna tal-lokal. Dan ir-ritratt ittieħed minnJesmond Falzon u Patrick Pisani Photographix fil-ħin tal-ħruġ tal-istatwa maestuża ta’ Santa Elena f’Birkirkara maħduma mill-artist Salvatore Psaila akkumpanjata mill-Banda Duke of Connaught’s Own.
Santa Elena toħroġ proċessjonalment mill-ewwel Kolleġġjata Bażilika f’pajjiżna, dik ta’ Birkirkara, nhar il-Ħadd li ġej, 24 ta’ Awwissu mat-tokki tat-8.00. Il-festa t-tajba lill-Karkariżi kollha.
Ritratt: Facebook/ Duke of Connaught’s Own Band Club, Birkirkara.








