Għada 5 ta’ Settembru 2025, fil-pjazza Toni Bajada fin-Naxxar ser jittella’ spettaklu mill-aqwa, mid-dilettanti tan-nar fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace fejn din is-sena se tkun iċċelebrata b’entużjażmu kbir, għeluq it-30 sena Kummissjoni Żgħażagħ.
Ta’ Kull sena dan l-ispettaklu qed jiġbed bosta ammiraturi u l-pubbliku jattendi bi ħġaru għal dan l-ispettaklu differenti li jżewweġ l-arti piroteknika mal-faċċatta armata mill-isbaħ fuq stil Barokk.
Ix-xogħol tan-nar huwa kollu maħdum mill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A. D. 2012.
Is-Soċjetà Mużikali Peace hija mmexxija mill-President Marlon Brincat flimkien mas-Segretarju Matthew Pullicino u kumitat ħabriek.
Nawgurawlhom.
Ritratti: Soċjetà Mużikali Peace Naxxar/ FB












