Il-pubbliku qed jiġi mistieden jipparteċipa fil-konsultazzjoni ENVISION2050, li se tiddiskuti l-futur kreattiv ta’ Malta. Din is-sessjoni se tkun iddedikata għall-arti, il-kultura u s-settur kreattiv, fil-kuntest tal-erba’ pilastri strateġiċi tal-viżjoni ta’ Malta sal-2050.
Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iħeġġeġ lill-pubbliku, il-professjonisti u l-partijiet interessati biex jagħtu l-kontribut tagħhom, sabiex il-viżjoni fit-tul ta’ Malta tirrifletti wkoll il-ħtiġijiet tas-settur kulturali u kreattiv.
Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jesploraw kif il-kultura u l-kreattività jistgħu jkunu parti mill-iżvilupp ta’:
-
Tkabbir ekonomiku sostenibbli
-
Servizzi aċċessibbli u ċċentrati fuq iċ-ċittadin
-
Pajjiż reżiljenti b’sistema edukattiva moderna
-
Użu responsabbli tal-art u l-baħar
Is-sessjoni ssir nhar it-22 ta’ Settembru fis-17:00 fl-Aula Magna tal-Università ta’ Malta, il-Belt Valletta. L-attendenza hija bla ħlas iżda meħtieġa prenotazzjoni fuq [email protected].
Aktar tagħrif jinsab fuq artscouncilmalta.gov.mt u fuq envision2050.gov.mt.









