Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel attività mill-Malta Festival of Ideas 2025 mid-Direttorat għall-Kultura li kkonsistiet f’Forum tal-Ġurnalisti.
Il-Forum tal-Ġurnalisti indirizza l-irwol tal-lingwa u tal-midja fil-promozzjoni tal-possibbiltajiet għall-paċi fejn b’panel magħmul minn Giulia Magri (Times of Malta), Semira Abbas Shalan (The Malta Independent) u Wayne Flask (Attivist) kienu l-kelliema prinċipali, u l-ġurnalist Karl Azzopardi (Malta Today) bħala moderatur.
Il-forum sar fi Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija bil-pubbliku jipparteċipa u jsaqsi wkoll diversi mistoqsijiet lill-ġurnalisti.
Fost punti li tqajjmu kien hemm id-differenza bejn storja fatt u opinjoni kif ukoll l-importanza li storja ppubblikata tiġi vverifikata qabel ma tkun imxandra. Issemmiet ukoll l-etika u r-rispett lejn il-pubbliku b’mod ġeneriku meta tkun qed tixxandar informazzjoni kif ukoll l-irwol b’saħħtu li l-ġurnalisti għandhom fejn permezz ta’ kitbiehom ikunu qed jinfurmaw, jgħallmu u jwasslu tagħrif li forsi ma jkunx magħruf qabel.
Il-Malta Festival of Ideas qed jittella’ għat-tieni darba bit-titlu: Reimagining Tomorrow: Possibbilities for Peace.
Għal aktar dettalji segwu dan il-programm hawn taħt jew idħlu fuq il-paġna ta’ facebook tad-Direttorat: https://www.facebook.com/CulturedirectorateMalta
Ritratti: Nicolo Agius Muscat













