Fil-paġna It-Temp Madwarna ġie spjegat kif fil-Punent t’Għawdex żviluppat maltempata bir-ragħad iżolata, malli r-riħ dar lejn il-Majjistral.
Ġie spjegat ukoll kif minkejja ċ-ċokon tal-gżejjer Maltin bħal dan iż-żmien ikollok partijiet b’xita qawwija u żoni oħrajn kompletament fil-bnazzi!
“L-ewwel xita MIFRUXA tal-istaġun, tibqa’ mbassra għal nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru”, tenniet il-paġna tant popolari dwar l-aġġornamenti tat-temp.
Ritratt: MIA Met Office Weather Radar







