“Minħabba l-maltemp previst, id-drammi qosra se jsiru ġewwa l-American University of Malta u ġewwa l-Każin tal-Banda San Ġorġ, Bormla.”
Dan saħqitu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli fuq il-paġna tal-midja soċjali tagħha. Ilbieraħ ittellgħet l-ewwel serata li kienet ta’ suċċess.
Dan il-proġett qed isir grazzi għall-appoġġ finanzjarju tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli enfasizzat li l-festival mhux biss jagħti opportunità lill-artisti lokali biex jesprimu t-talenti tagħhom, iżda jsaħħaħ ukoll l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni u għaqda fil-komunità. Hija rrimarkat ukoll li permezz tal-fondi pubbliċi, il-Kunsilli Lokali għandhom il-possibbiltà li jorganizzaw avvenimenti kulturali ta’ livell għoli li joffru valur kemm lir-residenti kif ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin li jattendu.
L-iskop prinċipali tal-festival hu li jsaħħaħ l-identità kulturali ta’ Bormla, filwaqt li joħloq esperjenza speċjali kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jżuru l-belt.








