Ħaġar il-Ġejjieni – An Immersive Quantum Music Performance – se tittella’ llum it-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2025, fil-Malta Society of Arts, il-Belt Valletta. Il-kunċert jibda fis-7:30pm u se jwassal esperjenza mużikali unika li tgħaqqad strumenti tradizzjonali, soundscapes elettroniċi u teknoloġija avvanzata ta’ quantum computing.
Ispirat mill-ġeometrija sagru tat-tempju preistoriku ta’ Ħaġar Qim, dan il-proġett immersiv ta’ 60 minuta jfittex li jagħti ħajja ġdida lill-wirt Malti permezz tal-mużika. Il-mistoqsija li tmexxi l-esperjenza hi intriganti: “X’jiġri kieku t-tempji tal-gżejjer Maltin setgħu jkantaw?”
L-attività qed issir permezz tal-Artist in Residence Initiative imnedija mid-Direttorat għall-Kultura, f’kollaborazzjoni mal-Malta Society of Arts, u bl-appoġġ ta’ Heritage Malta.
Id-dħul huwa b’xejn, iżda huwa meħtieġ li jsir booking minħabba n-numru limitat ta’ postijiet. Min hu interessat għandu jirriserva post billi jibgħat email fuq [email protected].
Ritratt: Culture Directorate/ Fb








