Emanuel Vella miż-Żejtun huwa artist magħruf għall-ħila tiegħi fil-ħolqien tal-presepju Malti anke b’diveri stili differenti li jinżlu tajjeb immens ma’ kull min jarahom.
Apparti li huwa kapaċi f’dik li hija direzzjoni artistika f’diversi avveniment bħal ma kienet il-Valletta 2018 – il-Kapitali Kulturali Ewropea fost l-oħrajn, sa diversi attivitajiet oħra li jkun mitlub jagħti sehemu u l-għajnuna tiegħu bħall-Festa ta’ San Girgor fiż-Żejtun, organizzata mid-Direttorat tal-Kultura.
Fil-ħin liberu tiegħu jaħdem b’affarijiet riċiklabbli biex joħloq il-presepji. L-ideat u l-ispirazzjonijiet li jieħu mingħand artisti varji li jiltaqa’ magħhom huma kbar. Spiss tinnutah jieħu ritratti ta’ pajsaġġi antiki u mbagħad dlonk jagħmilhom reali fi presepju.
Issa li ninsabu biss 79 jum għall-Milied, bla dubju li Emanuel ikun iffukat biex joħloq iżjed presepji għal dawk kollha li jiġġennu għall-arti tiegħu.
Għal aktar informazzjoni u anke workshops dwar il-ħolqien tal-Presepju, ikkuntattjaw lil Emanuel Vella permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook.
Informazzjoni: fb/ Emanuel Vella/ L-A R T I tal-P R E S E P J I ta’ ħdejn is-Suq, Żejtun.















