Xi ġmiel ta’ avveniment. Il-poplu Malti jħobbhom u jirrikorri bi ħġaru. Festa kbira kulturali ta’ wirt storiku, tradizzjonijiet, mużika, żfin u spettakli. Wirjiet, knejjes miftuħin, bejgħ ta’ kotba u biċċiet tal-arti, presepji u bla dubju, ikel bnin. Ma naqsitx l-għana Maltija li fiż-Żejtun għandha saħħa kbira u maħbuba mmens.
In-nies iduru minn imkejjen għall-ieħor, jitkellmu u japprezzaw. Ninżgħu l-kappell lill-Kunsill Lokali taż-Żejtun taħt id-direzzjoni tas-Sindku ħabrieka Joan Agius u l-kunsilliera kollegi tagħha talli b’mod organizzat reġa’ tella’ din il-festa tant sabiħa li turi kemm il-Maltin iriduhom. Prosit ukoll tmur kemm liż-Żwieten u anke lill-għaqdiet kollha tal-lokal li jikkoperaw, ħwienet, organizzazzjonijiet u anke l-Parroċċa.
Meta l-poplu jaħdem bħala tim wieħed, suċċess ikollok. Prosit tassew. Dawn huma avvenimenti li jsaħħu l-identità kulturali tagħna.












